Għeżież Ħuti,
Huwa ta’ pjaċir kbir li nilqgħukom hawn f’INSPIRE! Xi wħud minnkom waslu bil-ferrovija, bl-ajruplan, b’tal-linja jew bil-karozza: ġejtu minn postijiet imbiegħda kif ukoll lokali! Hu x’inhu l-każ, AĦNA FERĦANA ĦAFNA li qegħdin hawn, u nafu li se jkollna ħin mill-aqwa flimkien.
Qed nistennew ħafna mumenti fil-preżenza ta’ Alla li nafu li se jgħinuk issaħħaħ il-mixja spiritwali tiegħek. Huwa importanti ħafna għalina li għandna Kamra tat-Talb li tista’ tintuża matul il-weekend kollu. Hemm tim lest li jitlob għalik f’kull ħin matul dawn il-jumejn.
Naturalment, x’ikun INSPIRE mingħajr daħka u tbissima ukoll! Nittamaw li tesperjenza il-ferħ li nkunu flimkien. Innota jekk tarax xi tfajla waħidha u nvesti l-ħin biex tagħmel ħbiberiji ġodda. U ara li żżur ukoll il-Boutique (naħsbu li se togħġobkom ħafna).
Nittamaw li qabel ma titlaq minn dan il-post, tagħraf tassew kemm int tal-għaġeb. Tassew, INT! Jekk hemm xi ħaġa fhiex nistgħu ngħinuk, jekk jogħġbok għid lill-membri tat-tim tagħna.
Għat-Tfajla Li Jmiss!


F’kull avveniment INSPIRE se jkun hemm mumenti speċifiċi għat-talb u għal riflessjoni personali.
Jekk f’xi ħin tħoss il-bżonn li titkellem ma’ xi ħadd, jekk għandek mistoqsijiet dwar il-fidi, jew jekk tixtieq aktar talb, nitolbuk iżżur il-
Hija miftuħa matul il-weekend kollu ta’ INSPIRE, u dejjem ikun hemm xi ħadd hemmhekk biex jitlob miegħek.


Skeda
IL-ĠIMGĦA
18:00 – 19:00 – Reġistrazzjoni
19:00 – 21:00 – Sessjoni tal-Ftuħ
21:00 – Festin flimkien
IS-SIBT
09:00 – 10:00 – Ħin ta’ Ħbiberija
(Kafe, Boutique u il-Kamra tat-Talb miftuħin)
10:00 – 11:30 – Sessjoni 2
11:30 – 12:00 – Brejk
12:00 – 13:30 – Sessjoni 3
13:30 – 15:00 – Waqfa għall-ikel
(ikel u xorb inklużi fir-reġistrazzjoni)
15:00 – 17:00 – Sessjoni Finali
17:00 – Tmiem
Iddeċidejt li tgħix għal Ġesù?
Għidilna!
Li tagħti ħajtek lil Ġesù hija l-akbar deċiżjoni li qatt tista’ tieħu. Jinbidel kollox!
Eċċitati ħafna li aħna parti minn dan il-mument sabiħ f’ħajtek u nixtiequ nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħinuk tingħaqad ma’ knisja biex tgħinek f’din il-vjaġġ.
Ikklikkja l-link t’hawn taħt.
Mistoqsijiet?
Nixtiequ nwieġbu il-mistoqsijiet li għandek dwar il-fidi, id-dixxiplina spiritwali u t-tkabbir spiritwali.

L-aħbar it-tajba tal-Vanġelu ma tispiċċax magħna, nemmnu li hija għal kulħadd. U għall-persuna li jmiss!
Nistednuk tingħaqad mal-moviment tagħna! Tista’ tagħti kontribut għal NEXT billi tikklikkja fuq il-link t’hawn taħt jew billi tuża envelop apposta.
Flimkien, nistgħu NISPIRAW lil persuna li jmiss biex tagħraf lil Ġesù.
